Mur għall-kontenut ewlieni
Rekwiżiti ġodda għall-ivvjaġġar lejn l-Ewropa
  • 10 Ottubru 2024

X’inhi l-EES?

1 of 1

Is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) hija sistema tal-IT awtomatizzata għar-reġistrazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE li jivvjaġġaw għal soġġorn qasir, kull darba li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi Ewropej li ġejjin bl-użu tas-sistema:

EES countries

Għall-finijiet tal-EES, “ċittadin mhux tal-UE” tfisser vjaġġatur li ma jkollux in-nazzjonalità ta’ xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea jew in-nazzjonalità tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera.

“Soġġorn qasir” tfisser sa 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum. Dan il-perjodu hu kkalkulat bħala perjodu uniku għall-pajjiżi Ewropej kollha li jużaw l-EES.

Iċ-ċittadini ta’ liema pajjiżi għandhom ikunu rreġistrati fl-EES?

Is-sistema tapplika għalik jekk int ċittadin mhux tal-UE u:

  • għandek bżonn viża għal soġġorn qasir biex tivvjaġġa lejn il-pajjiżi Ewropej li jużaw l-EES 

jew

  • m’għandekx bżonn viża biex tivvjaġġa għal soġġorn qasir fil-pajjiżi Ewropej li jużaw l-EES

L-entrati u l-ħruġ tiegħek, jew ir-rifjuti ta’ dħul se jiġu rreġistrati elettronikament fl-EES.

F’Ċipru u l-Irlanda, minkejja li huma pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-passaporti għadhom jiġu ttimbrati manwalment.

Japplikaw eżenzjonijiet għar-reġistrazzjoni fl-EES - ara Għal min ma tapplikax l-EES?

X’inhuma l-benefiċċji tal-EES?

  1. Is-sistema ta’ Dħul/Ħruġ timmodernizza l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, u gradwalment ittejjeb l-esperjenza għall-vjaġġaturi.
  2. Tidentifika persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u tipprovdi data affidabbli dwar id-dħul, il-ħruġ u r-rifjuti tad-dħul.
  3. Din is-sistema se tiġġieled b’mod effettiv il-frodi tal-identità billi tiġbor data bijometrika.
  4. Is-sigurtà fl-UE se tissaħħaħ permezz ta’ kontrolli mtejba fil-fruntieri, l-użu ta’ rekords elettroniċi u data bijometrika.
  5. L-EES tippromwovi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’ħin reali, filwaqt li tiżgura li l-awtoritajiet tal-fruntieri fl-UE kollha jkollhom l-informazzjoni t-tajba fil-ħin opportun.
Meta se tibda taħdem live l-EES?Għaliex tintuża l-EES?Min hu affettwat?
2024L-EES timmodernizza l-ġestjoni tal-fruntieri billi żżid l-effiċjenza u l-kwalità tal-proċessi fil-fruntiera u tissostitwixxi l-ittimbrar tal-passaport. Tissimplifika wkoll l-ivvjaġġar u tagħmlu aktar sikur.

Ċittadini mhux tal-UE li jivvjaġġaw għal soġġorn qasir lejn pajjiż Ewropew li juża l-EES.

Japplikaw eżenzjonijiet – ara Għal min ma tapplikax l-EES?