Mur għall-kontenut ewlieni
Rekwiżiti ġodda għall-ivvjaġġar lejn l-Ewropa
  • 10 Ottubru 2024

Iċċekkja kemm tista’ ddum

1 of 1

Tista’ tiċċekkja l-għadd ta’ jiem li għad fadallek li tista’ toqgħod fit-territorju tal-pajjiżi Ewropej li jużaw l-EES permezz tal-għodda online tal-EES, li tista’ ssibha:

  • fuq din il-paġna web (bħalissa mhux disponibbli)
  • meta tuża t-tagħmir installat f’xi fruntieri esterni

Meta tikkonsulta l-għodda online tal-EES, se tirċievi informazzjoni dwar jekk id-dħul tiegħek huwiex permess (“OK” jew “not OK”), kif ukoll informazzjoni dwar l-għadd ta’ jiem li għad fadallek li tista’ toqgħod fit-territorju tal-pajjiżi Ewropej kollha li jużaw l-EES.

Tista’ wkoll titlob din l-informazzjoni lill-uffiċjali tal-kontroll tal-passaport fil-fruntieri esterni.

Informazzjoni li trid tipprovdi

Biex issir taf kemm tista’ ddum f’pajjiż Ewropew li juża l-EES, trid tipprovdi:

  • L-isem tal-pajjiż Ewropew li qed juża l-EES li bħalissa qed iżżur jew tixtieq iżżur
  • Id-dokument tal-ivvjaġġar tiegħek (it-tip u n-numru u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li ħarġu, eż. “CAN” għall-KANADA).

Barra minn hekk, skont is-sitwazzjoni partikolari tiegħek:

  • Jekk tixtieq tivvjaġġa lejn pajjiż Ewropew li juża l-EES f’xi punt fil-futur u tixtieq tiskopri t-tul ta’ żmien li se tkun tista’ toqgħod, trid tipprovdi d-data prevista tal-wasla tiegħek f’dak il-pajjiż; jew
  • Jekk diġà tinsab f’pajjiż Ewropew li juża l-EES, trid tipprovdi d-data prevista tat-tluq tiegħek minn dak il-pajjiż; jew
  • Jekk tixtieq tivvjaġġa lejn pajjiż Ewropew li juża l-EES f’xi punt fil-futur, u tixtieq tiċċekkja l-għadd ta’ jiem li se tkun tista’ toqgħod hekk kif il-vjaġġ maħsub ikun spiċċa, trid tipprovdi kemm id-data tal-wasla f’dak il-pajjiż kif ukoll dik tat-tluq minnu.